Tuesday, April 16, 2024

Teskala t-tensjoni fil-Baħar Barents; Flotta tan-NATO “tikkaċċja” sottomarin nukleari Russu

Aqra wkoll

F’eskalazzjoni ta’ tensjoni fil-Baħar Barents, bastimenti tan-NATO qed “jikkaċċjaw” sottomarin nukleari Russu. Diversi bastimenti navali tal-Istati Uniti, ir-Renju Unjit u l-Iżvezja, appoġġjati mill-qawwiet tal-ajru Daniżi, ipprovaw jimblokkaw il-movimenti ta’ sottomarin Russu fil-Baħar Barents. Qed ikun rapportat ukoll li sottomarin Amerikan tat-tip Seawolf jinsab fiz-zona.

Dettalji inklużi fir-rapporti jindikaw li s-sottomarin Russu huwa armat b’testati nukleari. Min-naħa l-oħra s-sottomarin Amerikan huwa armat b’torpedoes tat-tip Harpoon u missili cruise tat-tip Tomahawk.

F’Mejju li għadda seħħ inċident simili fl-istess ibħra.

Din hija l-ewwel darba sa min-nofs tat-tmeninijiet li bastimenti Amerikani u Brittaniċi daħlu fil-Baħar Barents biex jagħmlu superviżjoni ta’ flotta Russa, indikazzjoni ċara ta’ żieda fit-tensjoni bejn is-superpotenzi dwar il-Baħar Arktiku.

Il-Washington Times qal li l-għan ta’ din l-operazzjoni kienet li jintbagħat sinjal lil Moska, u kif ukoll biex tiġi evalwata l-flotta tan-NATO biex tidħol fl-azzjoni f’kull tip ta’ kundizzjoni ta’ temp.

Ekonomija

Sport