Sunday, November 24, 2024

In-nirien huma taħt kontroll… Imsejjaħ tim mediku minn Mater Dei

Aqra wkoll

Il-Protezzjoni Ċivili qalu li n-nirien huma taħt kontroll wara kważi sagħtejn b’25 uffiċjal jiġġieldu fjammi kbar ħafna fil-Marsa.

Fuq il-post marret ukoll Ambulanza b’infermieri mill-Isptar Mater Dei biex jassistu pumpieri minħabba d-duħħan kbir li kien hemm, iżda jidher li ħadd mill-ħaddiema ma sofra xi ġrieħi.

B’kollox fuq il-post hemm 10 vetturi tat-tifi tan-nar.

Kollox qed jindika li fil-bidu kien hemm ħaxix li ħa n-nar, liema nar imbgħad mexa lejn katusi tal-plastik u anke tyres li kien hemm qrib sew tal-post.

Aktar kmieni: ARA: Katusi tal-plastik u tyres jieħdu n-nar fil-Marsa

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri fuq post fuq il-midja soċjali ħabbar li hu nformat li “fl-inħawi tal-Marsa, fl-għelieqi ta’ madwar il-kumpless sportiv u l-korsa taż-żwiemel żviluppa nar ikawwżat minn katusi tal-plastik u tyres.”

Ritratti: Talk.mt

Nifmhu li l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għandhom biċċa xogħol iebsa ħafna biex jikkontrollaw in-nirien.

Aktar kmieni: Tifforma daħna kbira sewda fil-Marsa

Kien għall-ħabta tal-11:00 meta dan is-sit ġie infurmat li ntlemħet daħna kbira sewda fl-inħawi tal-Marsa.

Uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…

Sport