Friday, December 27, 2024

“In-numri fl-ITU baqgħu stabbli minkejja ż-żieda fil-każi tal-Covid”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li minkejja li fl-aħħar jiem esperjenzajna żieda fil-każi tal-Covid-19 fil-komunità, in-numru ta’ każi fit-Taqsima tal-Kura Intensiva f’Mater Dei baqgħu stabbli. 

Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, Fearne qal li l-varjant il-ġdid tal-Covid-19 jidher li wassal għal din iż-żieda fil-każi. Qal iżda li l-immunità fil-komunità baqgħet b’saħħitha tant li ma kienx hemm konsegwenzi ta’ nies li jbatu b’mard serju tal-Covid li jidħlu fl-isptarijiet jew jitilfu ħajjithom.

“Xorta jibqa’ importanti li l-immunità tinżamm b’saħħitha speċjalment f’persuni meqjusa vulnerabbli bħal dawk immuno-kompromessi u anzjani minn 65 sena ‘l fuq,” qal Fearne li fakkar li kien għalhekk li reġgħu ntbagħtu l-istediniet għat-tieni doża tal-booster għal din il-faxxa ta’ età. 

Huwa qal ukoll li kien hemm aktar minn nofs tal-persuni li għandhom aktar minn 65 sena u aktar minn żewġ terzi ta’ dawk ‘il fuq minn 80 sena li sa issa ħadu t-tieni doża tal-booster.

Ekonomija

Sport