Saturday, December 21, 2024

Inawgurat l-ikbar trakk għat-tifi tan-nar… jitla’ f’għoli ta’ 70 metru

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri flimkien mad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, Emmanuel Psaila inawguraw tagħmir u vetturi ġodda b’investiment ta’ €2.7 miljun. Dan hekk kif ġew inawgurati Hydraulic Platform, flimkien ma’ żewġ vetturi tat-tifi tan-nar ġodda li se jkomplu jsaħħu l-ħidma tal-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.

F’konferenza tal-aħbarijiet id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emmanuel Psaila spjega li l-ħaddiema qegħdin ikomplu jingħataw taħriġ dwar kif iħaddmu l-apparat il-ġdid, waqt li l-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri spjega li dan l-apparat huwa meħtieġ sabiex il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jkomplu jaqdu dmirhom bl-aqwa mod possibbli. Il-Ministru fakkar li sa ftit tal-ġimgħat ilu, waqt il-ħin tal-prova, kienu l-uffiċjali fi ħdan dan id-dipartiment li ħarġu biex isalvaw lil dawk li nqabdu fil-maltempata li ħakmet lil pajjiżna. Huwa qal li dan il-platform kapaċi jilħaq għoli aktar minn 70 metru u dan se jgħin biex jasal il-messaġġ li pajjiżna qiegħed jinvesti fis-sigurtà biex persuni li jagħżlu li jinvestu f’bini ġdid f’pajjiżna jkollhom garanzija li f’każ ta’ inċidenti, l-awtoritajiet Maltin se jkunu lesti bl-aqwa apparat biex jintervjenu.

Minbarra dan it-trakk li jitla’ f ‘għoli ta’ 70 metru, ġew inawgurati żewġ vetturi ġodda tat-tifi tan-nar mgħammra b’apparat modern u tal-aħħar teknoloġija tat-tifi tan-nar u żewġ vannijiet għas-sezzjoni tal-għaddasa.

Il-Ministru Camilleri temm jgħid li din is-sena l-ħaddiema ta’ dan is-settur wara ħafna snin bdew igawdu minn ftehim kollettiv ġdid.

Ekonomija

Sport