Sunday, November 24, 2024

Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali għal tmien familji f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

F’Ħal Kirkop, b’investiment ta’ €1.3 miljun, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali ġdid.

Dan il-proġett, se jkun qiegħed jilqa’ fih tmien familji, li għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u verifiki u skont l-istrateġija ta’ allokazzjoni li ġiet imnedija fl-2021.

Il-Ministru Roderick Galdes qal li dan il-proġett huwa parti minn rivoluzzjoni soċjali fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali li bdiet fl-aħħar snin biex tkun assigurata kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-Ministru enfasizza li saqaf adegwat u diċenti huwa dritt li l-gvern, flimkien mal-Awtorità tad-Djar, se jkun qiegħed ikompli jaħdem qatigħ biex mhux biss jintlaħaq iżda jissaħħaħ.

“Din il-binja, se tkun qed tinbidel f’dar diċenti għal tmien familji, li se jkunu integrati bi sħiħ fil-qalba tal- komunità. L-għan tagħna mhuwiex biss li nibnu binjiet għall-akkomodazzjoni soċjali, iżda li dawn jingħataw lil dawk li verament qegħdin fil-bżonn u jintużaw biex nagħtuhom spinta għal ħajja ta’ kwalità. Dan hu dak li nfissru meta bħala Gvern nitkellmu fuq ġustizzja soċjali,” temm jgħid il-Ministru Roderick Galdes

Preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ dan l-investiment kien hemm is-Sindku ta’ Ħal Kirkop Terence Agius.

Sport