Sunday, December 22, 2024

Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni għall-komunità fil-housing soċjali ta’ Santa Luċija

F’sena nfetħu tliet proġetti ta’ riġenerazzjoni għall-komunità f’żoni differenti ta’ housing soċjali

Aqra wkoll

Fl-aħħar sena, il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli inawgura tliet proġetti ta’ riġenerazzjoni għall-komunità fiż-żoni ta’ housingsoċjali fil-Marsa, il-Mosta u Santa Luċija.

B’ko-finanzjament mill-Fondi għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) ta’ aktar minn €2.8 miljun, dawn it-tliet proġetti fissru kwalità ta’ ħajja aħjar għal 445 resident li jgħixu f’aktar minn 50 blokka ta’ housingsoċjali.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes waqt l-inawgurazzjoni tat-tielet proġett ta’ riġenerazzjoni għall-komunità fil-housing soċjali f’Santa Luċija.

Il-ministru spjega li dan il-proġett, bħaż-żewġ proġetti l-oħrajn, jinkludi żieda fl-aċċessibiltà permezz ta’ rampi, tħawwil ta’ siġar ġodda u sistema ta’ pannelli solari li se jkunu qed jiġġeneraw l-elettriku għal din iż-żona.

Il-Ministru Roderick Galdes qal li f’dawn it-tliet proġetti l-Gvern kien impenjat li jgħaqqad il-valuri tal-kwalità tal-ħajja u s-sostenibbiltà għall-mijiet ta’ familji. “Kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna sabiex kull familja jkollha saqaf diċenti u dinjituż, filwaqt li naraw li l-ambjent li jdawwar il-housing soċjali jkun tal-ogħla livell. Dan qed jiġi implimentat bil-fatti, hekk kif qed ninawguraw numru ta’ binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali kif ukoll qed niftħu numru ta’ spazji għall-komunità għar-residenti,” ikkonkluda jgħid il-Ministru Roderick Galdes.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Sindku tal-lokalità ta’ Santa Luċija Charmaine St. John.

Ekonomija

Sport