Saturday, May 4, 2024

Inawgurata berġa ġdida fil-Kalkara

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, inawgura berġa ġdida fil-Kalkara b’investiment ta’ €40,000 li mhux biss se toffri s-servizzi ta’ tabib u infermiera, iżda anke dawk speċjalizzati ta’ pedjatrija, fisjoterapija, speech and language pathology u servizzi relatati mas-saħħa mentali.

Minn din il-ġimgħa stess ir-residenti tal-Kalkara jistgħu jagħmlu appuntament f’din il-berġa moderna u attrezzata biex b’hekk ma jkollhomx għalfejn imorru ‘l bogħod għall-kura li jkollhom bżonn.

Dan huwa wieħed minn numru kbir ta’ ċentri tas-saħħa fil-komunitajiet li qiegħed jiftaħ il-Gvern fejn ġew inawgurati wkoll wieħed f’Santa Luċija u ieħor fil-Belt Valletta. Il-Ministru Fearne qal li bil-għan li l-komunitajiet jinqdew aħjar, bħalissa għaddej xogħol biex jinfetħu aktar bereġ f’Marsascala, Ta’ Giorni, fis-Siggiewi u f’Ħal Tarxien.

Dan huwa parti minn investiment kbir ta’ €10 miljuni li qiegħed isir bi prijorità mistħoqqa lis-settur tas-saħħa lokali.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, Alex Muscat, fejn qal li, “għall-Gvern il-kura taċ-ċittadini hija importanti ħafna. L-għan huwa li kull min għandu bżonn jingħata xi forma ta’ kura, din tingħata fil-komunità stess. B’hekk jingħata l-aqwa servizz liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha”.

Sport