Thursday, April 25, 2024

Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 437

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva

Covid-19: Żewġ pazjenti jibqgħu jirċievu l-kura fl-ITU

Minn total ta’ 3,440 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 35 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 40 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 681.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 37 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet żdied għal 437 wara li fl-aħħar 24 siegħa, raġel ta’ 65 sena miet waqt li kien pożittiv għall-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 792,173 doża. Minn dawn 411,306 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 409,969 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport