Friday, April 19, 2024

Proposti mill-GTA għall-baġit 2022

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-settur tatt-turiżmu għadu fost l-iktar milqutimn mill-pandemija tal-Covid-19 u jidher li l-aspettazzjonijiet għadhom inċerti almenu sa l-aħħar ta’ din is-sena. Tant li t-turiżmu estern destinat lejn Għawdex matul is-sena li għaddiet ħa daqqa l-isfel bi kważi 78% fuq dak reġistrat fis-sena 2019. Mandankollu, it-turiżmu domestiku qed jagħmel tajjeb għal dan it-tnaqqis fit-turiżmu estern.

F’dan ix-xenarju, il-Gozo Tourism Association (GTA) ressqet għadd konsiderevoli ta’ proposti għall-baġit 2022 li għandhom l-għan li jħarsu ’l barra mill-kriżi li ġabet magħha l-pandemija.

Fost l-għadd ta’ proposti li għamlet, il-GTA qed tisħaq li jizdied vapur ieħor li jġorr merkanzija biss bejn iż-żewġ gżejjer u dan b’żieda mal-erba vapuri li l-Gozo Channel diġa qed tropera għall-ġarr tal-passiġġieri bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa u lura. 

Fid-dokument ta’ proposti li għadha kif ippublikat, l-Assoċjazzjoni Għawdija qed tipproponi wkoll l-iżvilupp ta’ mitjar ta’ 800 metru biex jibda jkunu provduti servizzi bl-ajru u b’hekk tiżdied il-konnettivita bejn iż-żewġ gzejjer.

Proposti oħra tal-GTA li hi intenzjonata biex ikompli jikber u jissaħħaħ is-suq domestiku hi li għandhom jiġu ridotti n-nollijiet tal-vjaġġi fil-jiem bejn it-Tnejn u l-Ħamis matul ix-xhur tax-xitwa u kif ukoll li jiġu sospiżi l-ħlas ta’ liċenzji lil Awtorita tat-Turiżmu għas-sena 2022.

Sport