Monday, April 29, 2024

“Il-Gvern ħeba lill-għalliema u lill-unjins statistika dwar il-pandemija”

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-PN, jagħmel pressjoni fuq linji gwida għal ftuħ tal-iskejjel

Il-kelliem għall-Edukazzjoni u Sport fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, flimkien mal-kandidati Julie Zahra u Clifford Zahra Fenech, f’konferenza, talbu lill-Gvern għal pjan strateġiku, mal-entitajiet ikkonċernati għall-ftuħ tas-sena skolastika 2021. 

Puli jinsisti, li hemm bżonn ta’ linji gwidi, bil-għan li “ma nerġgħux ninqabdu f’sitwazzjonijiet kif inqbadna f’dawn is-sentejn li għaddew. Mhux biss pjan maħsub iżda pjan diskuss u maqbul mill-istakeholders kollha u mal-professjonisti u mhux jerġa jkollna xi impożizzjonijiet kif rajna. Nifmu li ċ-ċirkostanzi tal-imxija tal-pandemija tista’ tbiddel  ċertu  affarjiet iżda l-pjan għandu jkun li jaħseb għal kull eventwalità.” 

Huwa spjega li tul il-perjodu tal-pandemija,  fix-xena edukattiva, “inqbadna” f’sitwazzjonijiet bħalma huma, azzjonijiet industrijali li, “konna ilna ma naraw fis-settur edukattiv,” u dan għaliex, “il-Gvern ma ddiskutiex u ma kkonsultax u agħar minn hekk ħeba lill-għalliema u l-unjins tagħhom, rekords u statistika dwar l-istess pandemija.”

Il-kelliem għall-edukazzjoni żied jgħid li, “l-edukaturi, studenti u ġenituri għandhom nuqqas kbir ta’ infromazzjoni u serħan ta’ moħħ u  dan qiegħed joħloq stress.” Għaldaqstant l-oppożizzjoni qiegħda titlob, tispera u tippretendi li l-Gvern, “jippubblika immedjatament”, il-pjan għal ftuħ.

Minn naħa l-oħra, il-Kandidata Julie Zahra qalet li l-Gvern fil-preżent qiegħed jieħu l-attitudni, “ta’ xejn mhu xejn u nispera li mhux se jieħu l-istess attitudni fejn titratta l-edukazzjoni.” Hija temmet tgħid li ħasswew l-obbligu u huwa fid-dover tagħhom bħala PN biex iqajjmu dan l-argument u joħolqu pressjoni, kemm jista’ jkun malajr, biex il-Gvern joħroġ dawn il-linji gwida. 

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti jekk il-Partit hux se jressaq proposti lkoll saħqu u nsistew dwar il-ħtieġa tal-linji gwida minħabba n-nuqqas ta’ statistika u rekords li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom. 

Sport