Monday, May 13, 2024

L-inflazzjoni annwali f’Lulju kienet 1.81 fil-mija

Aqra wkoll

Ir-rata ta’ inflazzjoni annwali kif imkejjla mill-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut, f’Lulju ta’ din is-sen kienet 1.81% li tfisser żieda ta’ 0.34% fuq ix-xahar ta’ qabel. L-ogħla impatt fuq fl-inflazzjoni kien dovut għall-indiċi tal-prodotti tal-ikel li wera żieda ta’  0.63 punti perċentwali.

F’dak li huwa ċaqlieq ta’ prezzijiet u l-effetti fuq l-inflazzjoni annwali, l-ogħla rata fix-xahar ta’ Lulju kienet reġistrata fuq attivitajiet rikreazzjonali u kulturali. Mill-banda l-oħra, ma kien hemm ebda ċaqlieq fil-prezzijiet tal-ilma, elettriku, gass u fuels u għaldaqstant ma kellhom ebda effett fuq l-inflazzjoni. Il-luminata u t-tabakk urew żieda ta’ 0.37% fil-prezz tagħhom.

Kif juru ċ-ċifri, l-ikbar kontributuri tal-inflazzjoni annwali f’Lulju li għadda kienu l-prodotti tal-ikel b’żieda ta’ 0.63 fil-mija kawżat minn prezzijiet ogħla tal-ħaxix, u l-attivitajiet rikreazzjonali u kulturali b’żieda ta’ 0.47% l-iktar minħabba miżati ogħla fl-iskejjel privati.

Sport