Inawgurata l-ewwel installazzjoni ta’ Art in Common fix-Xgħajra

Aqra wkoll

Ġiet inawgurata l-ewwel installazzjoni ta’ Art in Common fix-Xgħajra wara ħafna xogħol minn artist lokali.

Dan ix-xogħol hu l-ewwel xogħol artistiku fi ħdan il-proġett Art in Common—mural tal-graffiti mill-artist Cooker (Glenn Cauchi) ħdejn il-gym pubbliku tax-Xgħajra.

Ispirat mill-moviment, il-fitness u l-ambjent ta’ madwaru, il-mural jiċċelebra komunità attiva u jittrasforma dan l-ispazju pubbliku f’punt ta’ referenza artistiku li jirrifletti l-enerġija u l-identità tal-lokalità.

Il-mural ġie inawgurat uffiċjalment fl-4 ta’ Awwissu 2026 u huwa l-ewwel intervent artistiku permanenti tal-proġett Art in Common, ikkoordinat minn Ryan Falzon.

Il-Kunsill Regjonali Port irringrazzjaw mill-qalb lill-artist Cooker ta’ dan il-kontribut sabiħ, kif ukoll lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra tal-kollaborazzjoni u s-sostenn tiegħu fit-twettiq ta’ din l-inizjattiva.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport