Tuesday, April 30, 2024

Inawgurati żewġ proġetti ġodda fil-lokalità ta’ Marsaxlokk

Aqra wkoll

Żewġ proġetti ġew inawgurati dalgħodu li minnhom se jgawdu r-residenti ta’ Marsaxlokk. Dan hekk kif wieħed mill-proġetti huwa l-introduzzjoni ta’ transport ġdid fil-komunita’, filwaqt li l-proġett l-ieħor hu li nfetaħ ukoll mill-ġdid l-bandli tal-Magħluq.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u mas-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk Steven Grech.

L-inawgurazzjoni ta’ bandli ġdid f’Marsaxlokk. Ritratt: Roger Azzopardi

F’din il-konferenza ġie mħabbar li l-finanzjarjament ta’ dawn iż-żewġ proġetti ġew iffinanzjati minn fondi tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali permezz ta’ skemi appożiti. Sabiex ikun possibli li jinxtrara l-vann, il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ingħata €13,000. Intqal li dan il-vann ser ikun qiegħed joffri servizz ta’ trasport bla ħlas lill-anjzani sabiex jittieħdu għal appuntament l-isptar ġenerali jew fi kliniċi oħra.

Din is-sena l-kunsill lokali ta’ Marsaxlokk kien iffinanzjat ukoll mill-iskema ‘Finanzjament għall-Iżvilupp u Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Playing Fields fil-Lokalitajiet f’Malta u Għawdex’ fl-ammont ta’ ftit aktar minn €38,000 mill-istess Diviżjoni tal-Gvern Lokali għal xogħol ta’ titjib fil-bandli tal-Magħluq.

Il-Ministru Owen Bonnici waqt l-inawgurazzjoni tal-bandli f’Marsaxlokk. Ritratt: Roger Azzopardi

Il-Ministru Bonnici sostna li skemi bħal dawn itejjbu l-kwalita’ tal-ħajja, speċjalmenti għar-residenti ta’ Marsaxlokk. Hu rrimarka li l-Gvern jaħdem id f’id mal-Kunsilli Lokali sabiex issir aktar ħidma.

L-inawgurazzjoni ta’ bandli ġdid f’Marsaxlokk. Ritratt: Roger Azzopardi

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civilli saħqet li dan il-proġetti bħal dawn ser ikunu ta’ għajnuna għar-residenti. Żiedet tgħid li fis-2023, ser ikun hemm aktar finanzjament sabiex l-ispazji miftuħa f’Malta u Għawdex jiżdiedu.

Is-Sindku ta’ Marsaxlokk Steven Grech faħħar dawn iż-żewġ inizzjattivi u qal li x-xogħol ta’ titjib fil-Bandli kien meħtieġ.

Sport