Sunday, May 5, 2024

Raġel ferut wara argument fil-Marsa

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tas-12:45 p.m., inqala’ argument bejn mara u raġel li fih dan tal-aħħar kellu jittieħed l-isptar wara li sofra xi ġrieħi fi Triq l-Iljun, il-Marsa.

Huwa mifhum illi l-ġrieħi ġew ikkawżati minn strument li jaqta’ u bil-ponta.

Ir-raġel li ndarab f’dan l-inċident għandu 26 sena u residenti l-Gudja – oriġinarjament miċ-Chad. S’issa, il-kundizzjoni tar-raġel għadhom mhux magħrufa.

Fil-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija sabiex jibdew l-investigazzjonijiet meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

Sport