Friday, January 10, 2025

Inċertezza kbira fi Franza… jaqa’ l-Gvern tal-Prim Ministru Barnier

Aqra wkoll

Fi Franza inħolqot inċertezza kbira hekk kif ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Franċiż Michel Barnier tilef vot ta’ fiduċja.  Dan seħħ tliet xhur biss wara diversi politiċi ingħaqdu biex jappoġġjaw mozzjoni ta’ sfiduċja. Dan wassal biex issa fi Franza hemm instabilità politika.
 
Kien hemm 331 membru Parlamentari minn 577 li  ivvutaw kontra l-gvern tal-Prim Ministru Barnier. Dan il-vot wassal biex dan il-politiku  veteran u negożjatur magħruf, se jkollu jirriżenja. Il-vot ta’ sfiduċja ittieħed wara li l-Gvern immexxi minn Barnier  ipprova jgħaddi budget b’miżuri ta’ awsterità. Hu kien se jagħmel dan minħabba l-iżbilanċ finanzjarju  qawwi li għandu l-pajjiż.

Sport