Tuesday, January 21, 2025

Premier Ingliż: Arsenal u Chelsea jnaqqsu d-distakk

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Arsenal u Chelsea naqqsu d-distakk għal seba’ punti mil-leaders Liverpool meta għelbu lil Manchester  United 2-0 u lil Southampton 5-1 rispettivament.

Arsenal v Man Utd – F’partita missielta, Arsenal kisbu tliet punti importanti b’rebħa ta’ 2-0 fuq Manchester United li mmaturat fit-tieni taqsima bl-iskorers ikunu Jurrien Timber (54) u William Saliba (73).

Everton v Wolves – Everton għamlu pass importanti fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għas-salvazzjoni me­ta ospitaw lil Wolves u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, b’dawn tal-aħħar jibqgħu fil-post ta’ qabel l-aħħar.

L-iskorers tat-Toffeemen kienu Ashley Young (10) u Orel Mangala (33) u żewġ auto-goals ta’  Craig Dawson (49, 72 ).

Man City v Nottm F. – Manchester City rritornaw għar-rebħ wara erba’ telfiet konsekuttivi meta għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu minn Bernardo Silva (8), Kevin De Bruyne (31) u Jere­my Doku (57). 

Newcastle v Liverpool – Liverpool marru għand Newcastle u spiċċaw fi draw ta’ 3-3 bil-Magpies iġibu d-draw proprju fl-aħħar azzjoni tal-logħba minn Fabian Schar (91) wara żball tal-goalkeeper Caoimhin Kelleher li ħalla l-ballun għaddej biex ġie f’saqajn il-player ta’ Newcastle.

Il-goals l-oħra tal-Magpies waslu minn Alexander Isak (35) u Anthony Gordon (62) filwaqt li għal Li­verpool skorjaw Curtis Jones (50) u Mohames Salah (66, 83). 

Southampton v Chelsea – Chelsea komplew għaddejjin bis-sensiliet pożittivi meta barra minn darhom irreġistraw goleada ta’ 5-1 kontra t-team tal-qiegħ, Southampton.

Il-goals ġew skorjati minn Axel Disasi (7), Christopher Nkunku (17), Noni Madueke (34), Cole Pal­mer (76) u Jadon Sancho (87) filwaqt li Joe Aribo (11) wieġeb għas-Saints li kel­lhom lil Jack Stephens (39) imkeċċi.

Aston Villa v Brentford – Aston Villa laqgħu lil Brentford u ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0 bil-protagonisti jkunu Morgan Rogers (21), Ollie Watkins (28 pen) u Matty Cash (34).

Ipswich v C. Palace – Crystal Palace marru għand Ipswich u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 biex irreġistraw l-ewwel rebħa barra minn darhom f’dan l-istaġun u nqalgħu miż-żona tar-relegazzjoni.

Il-goal importanti wasal minn Jean-Philippe Mateta (59).

Leicester v West Ham – Leicester City ospitaw lil West Ham u proprju fid-debutt tal-manager il-ġdid, Ruud van Nistelrooy, għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 3-1 biex il-manager tal- Hammers, Julen Lopetegui, jinsab qrib li jitkeċċa.

Il-goals tal-Foxes waslu minn Jamie Vardy (2), Bilal El Khannouss (61) u Patson Daka (90) filwaqt li Niklas Fullkrug (93) wieġeb għall- Hammers.  

Sport