Tuesday, January 27, 2026

Inċident fatali f’Ħal Qormi … anzjan ta’ 76 sena jitlef ħajtu u ibnu bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll


Raġel ta’ 76 sena tilef ħajtu f’inċident li seħħ ilbierah waranofsinhar f’Ħal Qormi, waqt li flistess inċident indarab ukoll raġel ta’ 41 sena. Kienu għall-ħabta tal-5:30 p.m., meta ntalbet l-assistenza fi Triq ta’ Farzina, meta
waqa’ parti minn ħajt ta’ proprjetà privata.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żewġt irġiel – missier u iben – kienu qed jagħmlu xogħol fil-proprjetà tagħhom meta sfronda parti minn ħajt li jagħti għal garaxx u ġie fuqhom.

Fuq il-post marru l-pulizija, flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Waqt li r-raġel ta’ 41 sena nħareġ u ttieħed l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, sfortunatament l-anzjan tilef ħajtu fuq il-post kawża tal-ġebel li waqgħu fuqu.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LLD qed imexxi inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet millPulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport