Raġel ta’ 55 sena residenti l-Imtarfa, sofra ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Slampa, l-Imtarfa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.10 a.m.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.