Monday, December 9, 2024

L-immigrant bil-COVID-19 li ħarab mill-Isptar Boffa se jeħel multa ta’ €10,000

Aqra wkoll

Il-Ministru Edward Zammit Lewis: “Ħadd mhu ’l fuq mil-liġi”

Minn MELVIN FARRUGIA

L-immigrant miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far li ħarab mill-Isptar Boffa wara li nstab pożittiv għall-Coronavirus mistenni jeħel multa ta’ €10,000.

Kien il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Tajba, Edward Zammit Lewis li meta mistoqsi minn Inewsmalta dwar x’passi se jittieħdu fil-konfront ta’ dan l-immigrant hu għamilha ċara li “ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi”.

Spjegalna li skont l-avviż legali ppubblikat mill-Gvern, f’dan il-każ il-persuna teħel is-somma ta’ €10,000. Il-Ministru Zammit Lewis qal li l-Gvern jinsab impenjat biex jara li kulħadd jikkonforma ruħu mal-liġi u mad-direttivi, kif ukoll li jkun hemm inforzar effettiv u adegwat.

Mistoqsi dwar il-fatt li bħala immigrant jaf ma jkollux biżżejjed flus biex iħallas din il-multa, il-Ministru qal li għandhom ikunu l-Qrati ta’ pajjiżna li jieħdu provvedimenti opportuni f’każ li tali persuna ma tħallasx din is-somma inforzata fuqha skont il-liġi.

Ekonomija

Sport