Inewsmalta tinsab infurmata li ftit tal-minuti ilu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani fiż-Żejtun.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li l-Pulizija kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-4:20 p.m.
Fil-post issejħet ambulanza iżda s’issa għadu mhux magħruf kemm hemm persuni li ndarbu f’dan l-inċident.