Friday, November 15, 2024

Indikazzjoni li s-sottomarin sploda ħdejn it-Titanic

Aqra wkoll

Hemm indikazzjoni ċari li s-sottmarin li aktar kmieni din il-ġimgħa niżlu bih ħames persuni beix jaraw il-fdalijiet tat-Titanic, sploda.

Kien il-moħħ wara dan is-sottomarin Stockton Rush li f’kummenti li ta lill-midja internazzjonali qal li nstabu xi fdalijiet fil-qiegħ tal-baħar qrib sew it-Titanic u dan juru li kien hemm splużżjoni.

Sorsi oħrajn li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li hekk kif il-vettura tat-tfittxija niżlet taħt il-baħar dehru l-parti ta’ quddiem tas-sottomarin u anke l-landing gear.

Il-familji tal-ħames persuni li oriġinarjament marru għal avventura biex jaraw il-fdalijiet tat-Titanic ġew informati b’din is-sejba u issa kollox qed juri l-persuni li kienu fis-sottomarin mietu mal-isplużżjoni.

Is-sottomarin li jagħmel ġiti turistiċi, it-Titan, tilef kull kuntatt mal-operaturi l-Ħadd li għadda u minkejja t-tfittxija bla heda mill-Gwardji tal-Kosta Amerikani, dawn baqgħu ma ġewx interċettati.

Ekonomija

Sport