Saturday, January 4, 2025

Indikazzjonijiet li Trump mhux se jeħel ħabs fuq il-każ ta’ ħlas lil Pornstar

Se jkun qiegħed jingħata s-sentenza ftit jiem qabel il-ħatra tiegħu bħala President

Aqra wkoll

Il-president elett tal-Istati Uniti Donald Trump se jingħata s-sentenza fl-10 ta’ Jannar 2025 f’każ fi New York dwar rekords kummerċjali foloz marbuta ma’ ħlas ta’ $130,000 lill-pornstar Stormy Daniels.

Il-President elett ċaħad kull akkuża u wieġeb mhux ħati, filwaqt li argumenta li l-każ kien attentat biex jagħmel ħsara lill-kampanja presidenzjali tiegħu tal-2024.

Inizjalment huwa kien skedat li jiġi kkundannat fis-26 ta’ Novembru, iżda l-Imħallef mexxa d-data lura wara li Trump rebaħ l-elezzjoni presidenzjali.

Trump minn naħa tiegħu kien baqa’ jargumenta li l-każ għandu jitwarrab minħabba l-impatt potenzjali fuq il-presidenza tiegħu.

Dan il-verdett jagħmel lil Trump l-ewwel president elett li huwa kkundannat bħala kriminal. Għalkemm il-falsifikazzjoni tar-rekords kummerċjali tista’ twassal sa erba’ snin ħabs, m’hemm l-ebda piena minima, u esperti kienu bassru li x’aktarx Trump mhux se jiffaċċja priġunerija.

Trump qed jiffaċċja wkoll tliet każijiet kriminali oħra li jinvolvu dokumenti klassifikati u akkużi relatati mal-isforzi biex iħassar ir-riżultati tal-elezzjoni tal-2020. Huwa jista’ jappella għall-kundanna wara s-sentenza.

Ekonomija

Sport