Thursday, March 28, 2024

Indjan ħa minn tal-inqas tmien tilqimiet tal-Covid “biex jibqa’ b’saħħtu”

Aqra wkoll

Raġel fl-Indja ngħata t-tilqima tal-Covid-19 minn tal-inqas tmien darbiet matul is-sena li għaddiet.

Brahmdeo Mandal ta’ 65 sena sostna iżda li huwa rċieva 11-il doża tal-vaċċin fl-istat ta’ Bihar. 

Mandal, li kien jaħdem bħala pustier, qal li t-tilqim għenuh jeħles mill-uġigħ u jibqa’ b’saħħtu. Sostna wkoll li huwa ma sofra l-ebda effett negattiv minħabba t-tilqim. 

Huwa eventwalment ġie mwaqqaf milli jieħu dik li kienet it-12-il doża tiegħu f’kamp il-ġimgħa li għaddiet. 

Bħalissa għaddejja investigazzjoni biex isiru jafu kif Mandal, li jgħix mal-familaj tiegħu fid-distrett ta’ Madhepura, irnexxielu jieħu dan it-tilqim kollu. 

“Aħna diġà sibna evidenza li r-raġel ħa tmien tilqimiet minn erba’ postijiet differenti,” qal Amarenda Pratap Shahi, kirurgu ċivili ta’ Madehpura.

Minn meta beda jingħata t-tilqim fis-16 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, l-Indja kienet qiegħda tamministra żewġ vaċċini manifatturati lokalment, Covishield u Covaxin.

It-tilqim huwa volontarju, u aktar minn 90,000 ċentru, bil-parti l-kbira tagħhom immexxija mill-istat, qed joffru t-tilqim madwar il-pajjiż.

Ekonomija

Sport