Saturday, December 21, 2024

Indjan jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li nstab ħati li saq mingħajr liċenzja u kkawża inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Indjan ta’ 35 sena, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti, mixli li bi kkawża inċident ta’ traffiku f’Ħal Luqa bi traskuraġni, bir-riżultat li raġel Malti ta’ 35 sena residenti Ħal Kirkop spiċċa jissielet għal ħajtu.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-każ seħħ fit-8 ta’ Frar li għadda fi Triq l-Avjazzjoni f’Ħal-Luqa. Melbin Devassy, ġie mixli li kien qed isuq mingħajr liċenzja tas-sewqan u l-polza tal-assigurazzjoni.

Quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, l-akkużat wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjubin kontrih, bid-difiża tagħmel taglba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjoni minħabba li r-raġel m’għandu l-ebda rabta ma’ Malta u hemm biża’ li jaħrab.

Il-Maġistrat Elaine Rizzo laqgħet it-talba tad-difiża bil-kundizzjoni li r-raġel ma jsifirx mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti u jiffirma fl-għassa taż-Żejtun kuljum. Huwa ġie ordnat sabiex iħallas depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €5,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Kurt Farrugia. Għall-akkużat dehru l-Avukati difensuri Francesca Zarb u Manuel Galea. Għall-parte civile qed jidher l-Avukat Roberto Spiteri.

Ekonomija

Sport