Wednesday, December 25, 2024

Infermier pedofelu fir-Renju Unit li niżżel diversi stampi ta’ stupru fuq tfal jevita l-ħabs

Aqra wkoll

Infermier pedofelu li niżżel stampi ta’ stupru tat-trabi ġie deskritt bħala persuna ‘mhux sigura’ biex taħdem mal-pazjenti iżda rnexxielu jevita l-ħabs.

Missier miżżewweġ ta’ erba’ Christopher Ewan, 45, kien jaħdem fid-dipartiment A&E fl-isptar Aintree f’Fazakerley. Iżda matul l-lockddown niżżel aktar minn 100 fajl ta’ stupru fuq tfal, flimkien ma’ stampi pornografiċi estremi li juru l-bestjalità.

Wara li d-delitti morda tiegħu ħarġu fid-dawl, id-dar tal-familja tiegħu f’Netherton kienet fil-mira ta’ vandaliżmuu, u ġiegħlu lil martu u lil uliedu innoċenti jaħarbu. Ewan ingħata sentenza ta’ ħabs sospiża fil-Liverpool Crown Court f’Settembru, wara li ammetta fost l-oħrajn li kellu fil-pususes tiegħu stampi indiċenti ta’ tfal. 

Fil-Qorti ntqal li minn dak iż-żmien martu telqitu u hu tilef lil uliedu. F’dik li kienet essenzjalment konklużjoni preċeduta, issa ġie wkoll uffiċjalment ipprojbit milli jipprattika bħala infermier fir-Renju Unit.

Il-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel (NMC), li jirregola r-reġistru tal-infermiera li jistgħu jipprattikaw fir-Renju Unit, ippubblika sentenza minn smigħ dixxiplinarju li kkonkluda li Ewan jibqa’ ta’ riskju potenzjali għall-pazjenti.

Bord indipendenti kkonkluda: “Għalkemm il-kundanna inkwistjoni ma kinitx relatata mal-prattika klinika tas-Sur Ewan u seħħet f’ambjent domestiku, in-natura tal-imġieba kriminali hija tali li potenzjalment tħalli impatt fuq is-sikurezza tal-pazjenti, b’mod partikolari, is-sikurezza tal-pazjenti tfal. Għalhekk mhux garantit li membru tal-pubbliku taħt il-kura tas-Sur Ewan ikun sigur, jew tabilħaqq, iħossu sikur, fil-kura tiegħu. Il-panel għalhekk iddetermina li s-Sur Ewan jista’ jpoġġi lill-pazjenti f’riskju ta’ ħsara fil-futur.”

Ewan ingħata 10 xhur ħabs, sospiżi għal sentejn u ġie ordnat ukoll jiffirma r-Reġistru ta’ Reati Sesswali.

Ekonomija

Sport