Saturday, May 4, 2024

Is-Sindku tal-Mellieħa jappella biex il-Ħdud u festi pubbliċi jkun hemm uffiċjali li jidderiġu t-traffiku

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella qed jappella lill-awtoritajiet ikkonċernati biex kemm il-Ħdud wara nofsinhar u festi pubbliċi jkun hemm uffiċjali jagħtu direzzjoni tat-traffiku. Dan biex ma jinġemax it-traffiku bla bżonn f’ċertu inħawi u f’każ ta’ emerġenza jkun hemm direzzjoni wkoll.

Huwa għamel dan l-appell wara li ftit tal-jiem ilu rċieva diversi kummenti fuq l-ammont tat-traffiku li inġemma’ ġewwa l-Mellieħa.

Qal li peress li bħalissa għaddejin xogħlijiet minn Infrustructure Malta fi triq il-Marfa l-Għadira jifhem li ħa jinġemma’ xi traffiku pero qal li din hija ħaga li ilhom snin nitkellmu fuqha speċjalment matul is-sajf issa iktar u iktar la morna lura għan-normalità tal-ħajja.

Is-Sindku tal-Mellieħa għamel appell ieħor importanti lill-awtoritajiet tas-saħħa biex matul ix-xhur tas-sajf ikun hemm Ambulanza stazzjonata fil-Mellieħa biex f’każ ta emerġenża fuq xi bajja jew post ieħor din tkun fil-qrib. 

Sport