Saturday, May 4, 2024

“Baqa’ jiġġieled sal-aħħar” – il-familja ta’ Mino Raiola tħabbar il-mewt tiegħu

Aqra wkoll

Is-Sibt waranofsinhar, il-familja ta’ Mino Raiola qalet li sfortunatament huwa kien ħalla din id-dinja fl-età ta’ 54 sena.

Raiola kien wieħed mill-akbar aġenti tal-football fid-dinja, fejn irrappreżenta lil Zlatan Ibrahimovic, Paul Pogba, Erling Haaland, Marco Verratti, Moise Kean, Henrikh Mkhitaryan, Gianluigi Donnarumma u Mario Balotelli fost aktar figuri ta’ profil għoli.

Huwa miet illum fl-isptar San Raffaele f’Milan wara li baqa’ jiġġieled sal-aħħar. Dan l-aħħar huwa kien jinsab fit-taqsima tal-kura intensiva hekk kif kien qed ibati minn marda fil-pulmun.

“Mino ġġieled sal-aħħar bl-istess saħħa li kien juri waqt in-negozjati biex jiddefendi lill-plejers tagħna. Bħas-soltu, Mino għamilna kburin u qatt ma nduna,” kitbet il-familja tiegħu.

Nhar il-Ħamis li għadda kien hemm xnigħat dwar il-mewt tiegħu, liema xnigħat imbagħad ġew miċħuda minn ħbieb, qraba u minn Mino nnifsu li fi tweet b’ton sarkistiku kien kiteb li huwa kapaċi jirxoxta.

Sport