Fuq il-midja soċjali, l-influencer lokali, Sarah Alfalah appellat sabiex isir legali l-pepper spray f’Malta u sabiex dan ikun disponibbli biss għat-tfajliet biex iġorruh wara li jiġu segwiti minn xi ħadd jew inkella meta jkunu qed jiġu ffastidjati minn xi ħadd.
Permezz tal-pjattaforma tal-midja soċjali Instagram, Alfalah qalet li sfortunatament din mhijiex l-ewwel darba li għaddiet minn xi esperjenza simili.
It-tfajla qalet ukoll; “Qaluli biex ma nimxix waħdi u biex ma mmurx għal mixjiet. Le! Ma nistgħux inħallu l-biża’ tiddetta d-drawwiet tagħna sempliċement għax xi nies qed jitħajjru jitkessħu”
Kompliet tgħid li tissuġġerixxi li l-pepper spray jiġi riservat u mogħti mill-awtoritajiet, b’multi jekk jinqasmu mal-irġiel.