Sunday, December 22, 2024

“Infurmat li diġà saru l-pjanti ta’ kif iridu jinbnew iż-żewġ Fire Stations f’Għawdex”-Il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

“Infurmat li diġà saru l-pjanti ta’ kif iridu jinbnew iż-żewġ Fire
Stations jiġifieri dik li tinsab fil-Heliport Għawdex u dik fil-pitkalija. Infurmat li saret lapplikazzjoni sabiex jinġiebu l-permessi neċessarji ħalli tkun tista’ tinbena dik tal-Ħeliport l-ewwel, filwaqt li Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili temporanjament jopera minn dik tal-Pitkalija sakemm titlesta.”

Dan qalu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol meta kien mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said jekk hemmx ħsieb li jinstab post ġdid u tinbena fire station skont Standards Ewropej għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa Għawdex, sabiex ilaħħaq mal-ħtiġijiet u bżonnijiet preżenti u
futuri tal-gżira Għawdxija.

Il-Ministru Camilleri qal illi hu jinsab infurmat illi l-pjan hu li hekk kif titlesta jerġa’ jibda jopera ta’ l-Ħeliport sakemm tinbena dik tal-Pitkalija. Qal ukoll illi kif jintemm dan il-proċess jkunu jistgħu jintużaw it-tnejn li huma sabiex ilaħħqu mal-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-gżira Għawdxija.

Ekonomija

Sport