Wednesday, July 24, 2024

“Infurmat li l-applikazzjoni għal supermarket fuq żona kbira ODZ fil-lokal tagħna kienet irtirata”

Aqra wkoll

“Infurmat li l-applikazzjoni għal supermarket fuq żona kbira ODZ fil-lokal tagħna kienet irtirata. Kont ċar kristall, illi li kieku baqgħet għaddejja din l-applikazzjoni, jien bħala Sindku u l-Kunsill ta’ San Ġwann konna se nkunu qed naħdmu qatigħ kontriha. Sodisfatt li s-sens komun rebaħ fi stadju bikri”.

Dan iddikjarah is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech, f’messaġġ fuq Facebook fejn rringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela tal-appoġġ li dejjem tah. Huwa rringrazzja wkoll lilr-residenti li jkunu miegħu u li jtuh appoġġ f’kawżi bħal dawn.

Fl-istess messaġġ, Fenech qal li se jibqa’ l-vuċi għan-nies ta’ San Ġwann u li permezz ta’ dan li għadu kif tħabbar, din tfisser rebħa li l-kunsill nnifsu flmkien mar-residenti rnexxielu jikseb.

Temm il-messaġġ billi qal; “Vot għall-Partit Laburista fi 8 ta’ Ġunju jfisser vot favur vuċi soda u effettiva għan-nies ta’ San Ġwann”

Ekonomija

Sport