Sunday, May 5, 2024

Ingliż arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ droga f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar, ġie arrestat ilbieraħ minn Pulizija għall-Komunità ta’ San Pawl il-Baħar b’rabta ma’ allegat pussess u traffikar ta’ droga, suspettata kannabis.

Għal xi l-11:30 a.m, il-pulizija kien qiegħed ronda fil-Wardija u waqt ir-ronda, innota vettura Ford Transit li dehret suspettuża. Wara li għamel ftit ħin isegwi l-vettura, il-pulizija waqqafha fi Triq il-Fortizza. 

Hemmhekk huwa talab lis-sewwieq id-dettalji tiegħu u kien hawn li r-raġel beda jaġixxi b’mod suspettuż. Għaldaqstant saret tfittxija fil-vettura u fuq in-naħa ta’ wara nstabet borża sewda u fiha kien

hemm żewġ boroż trasparenti mimlija sustanza suspettata kannabis. 

Minnufih, intalbet l-assistenza tal-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra fejn minn aktar tfittxijiet li saru fil-vettura nstab miżien żgħir kif ukoll diversi boroż żgħar tal-plastik. Aktar tard saret tfittxija fir-residenza taż-żagħżugħ fejn instabu erba’ mobiles u ammont ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta filwaqt li r-raġel ittieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

Sport