Friday, December 13, 2024

Ingliż b’marda terminali jesprimi l-aħħar xewqa ta’ ħajtu

Aqra wkoll

Raġel li għandu għal qalbu l-festivals u li bħalissa jinsab f’North Tees hospital minħabba li għandu kanċer terminali u wasal fi stadju avvanzat, għandu l-aħħar xewqa qabel ma jħalli din id-dinja: dik li jirnexxilu jmur il-Glastonbury Festival, f’Somerset, l-Ingilterra, li se jibda nhar l-Erbgħa li ġej u jiġi fi tmiemu l-Ħadd.

Nigel Stonehouse, raġel ta’ 58 sena minn Hartlepool, qabel ma marad kien xtara biljett għal dan il-festival. Propju f’nofs Mejju li għadda, huwa ngħata l-aħbar li għandu kanċer fil-kliewi u li ma fadallux ħajja twila; it-tobba tawh ftit ġimgħat biss.

Fl-istadju li jinsab fih, ma jistax jivvjaġġa fit-tul mingħajr ma jkollu attenzjoni medika; għaldaqstant huwa jeħtieġ ħelikopter u għalih jeħtieġ is-somma ta’ £12,000. Sħabu li kien sejjer magħhom għal dan il-festival, kif ukoll Fatboy Slim li se jkun qed jieħu sehem f’dan il-festival, għaddejjin b’kampanja ta’ ġbir ta’ fondi sabiex jaqtgħulu xewqtu u jkun jista’ jmur għall-festival. Sal-bieraħ filgħaxija nġabret is-somma ta’ £10,000; jonqos £2,000 oħra biss sabiex ix-xewqa ta’ Nigel issir realtà.

Ekonomija

Sport