Sunday, November 24, 2024

Ingliż jammetti li stupra u ttortura għexieren ta’ klieb f’xelter

Aqra wkoll

Espert tal-kukkudrilli mir-Renju Unit, tressaq il-Qorti fejn, ammetta li stupra ġriewi u ttortura aktar minn 40 kelb fix-xelter tal-annimali li jmexxi hu stess. Adam Britton, ta’ 51 sena, li trabba f’West Yorkshire ammetta ukoll li ħajjar lil sidien tal-annimali domestiċi biex jagħtuh il-kustodja tal-klieb għeżież tagħhom qabel ma abbuża minnhom.

Fil-Qorti Suprema tat-Tramuntana fil-Brittanja, Britton ammetta wkoll li abbuża sesswalment mill-annimali għal kważi għaxar snin. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li kellhom filmati ta’ Britton jiffilmja lilu nnifsu jittortura lill-annimali f’dik li hu sejħilha l-kamra tat-torturi.

Il-Prim Imħallef Michael Grant qal li d-dettalji tar-reati li wettaq l-akkużat jitqiesu bħala orribli. Tant li huwa ħeġġeġ lil pubbliku sabiex iħallu l-awla qabel il-prosekuturi jiddeskrivu l-fatti. Huwa qal; “Ħafna mid-dettalji dwar l-offiża ta’ Britton huma wkoll makabri wisq biex jiġu ppublikati”.

Sport