Friday, November 15, 2024

Ingliż jeħel tmien snin ħabs wara li qatel prostituta u tefagħha ġo basket fi xmara

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew, il-Qorti kkundannat lil raġel Ingliż bħala l-ħati ta’ omiċidju li sar fl-2014, meta l-katavru ta’ prostituta nstab mitfugħ ġo basket fi xmara.

Shane Kenneth Looker, raġel ta’ 52 sena, weħel tmien snin ħabs talli nstab ħati li qatel lil Laxami Manochat – mara ta’ 31 sena – f’kamra f’lukanda u ħeles mill-katavru tagħha. Iktar tard, meta ġie eżaminat il-katavru, instab id-DNA ta’ Looker taħt id-dwiefer tal-vittma.

Il-katavru tal-mara flimkien ma’ żarbun iswed tat-takkuna, libsa sewda u qalziet ta’ taħt roża, instabu ġo basket fi xmara fil-provinċja ta’ Kanchanaburi ftit jiem wara li seħħ ir-reat.

Laxami Manochat. Ritratt: ViralPress

Minn investigazzjonijiet li saru, il-Pulizija skoprew li l-vittma u l-qattiel kienu ġo bar flimkien fl-1 ta’ Novembru 2014, hekk kif instab ritratt li jikkonferma dan. Huwa rrappurtat ukoll li l-istess żewġ individwi dehru deħlin flimkien ġo lukanda u li Looker biss deher ħiereġ minn hemm. Il-porter tal-lukanda osserva li Looker deher ħiereġ b’basket kbir li kien tqil wisq biex jinġarr minn persuna waħda, filwaqt li l-cleaner tal-lukanda rrimarkat li l-lożor kienu mtebbgħin bid-demm.

Minkejja li l-Qorti ħarġet mandat ta’ arrest fit-28 ta’ Jannar 2015, Looker kien irnexxielu jaħrab lejn Spanja u meta ġie interċettat mill-Pulizija Spanjola huwa għamel is-snin jiġġieled battalja legali fejn sostna li huwa jinsab soġġett għal trattament inuman fit-Tajlandja. Eventwalment, huwa ntbagħat l-Ingilterra sabiex jingħata l-verdett mill-Qorti Ingliża.

Ekonomija

Sport