Friday, November 15, 2024

Ingliż jinżamm arrestat wara li nqabad bi 23kg droga kokaina fl-Ajruport tal-Kolumbja

Aqra wkoll

Ingliż qed jinżamm arrestat il-Kolumbja wara li allegatament ipprova jtella’ basket bi 23kg ta’ droga kokaina fuq titjira lejn Bogota, il-belt kapitali tal-Kolumbja.

Il-Pulizija tal-lokal irnexxielhom jaqbdu dan l-ammont ta’ droga moħbija f’16-il briksa separata, bil-valur tagħha huwa stmat li jlaħħaq madwar £2 miljun jekk tinbiegħ f’Londra.

Ir-raġel kien jinsab l-Ajruport Internazzjonali ta’ Alfonso Bonilla Aragon. Skont mhuwa rrappurtat huwa kien jinsab fuq connecting flight għal-Londra.

Bħalissa huwa qed jinżamm il-ħabs sakemm ikompli jinstema’ l-każ.

Ekonomija

Sport