Sunday, November 24, 2024

Ingliż ta’ 37 sena ttella’ l-qorti b’rabta mal-mewt ta’ tfajla li kielet ħelu magħmul mill-kannabis

Aqra wkoll

Leon Brown, Ingliż ta’ 37 sena, ġie arrestat fl-1 t’April b’rabta mal-mewt ta’ tfajla ta’ 23 sena, u t-Tnejn li għadda huwa deher il-qorti.

Studenta tal-Liġi f’Londra, Damilola Olakanmi, xtrat ħelu (gummies) magħmul mill-kannabis. Skont mhu rrappurtat, Damilola — il-vittma ta’ 23 sena — u l-ħabiba tagħha ta’ 21 sena, ħassewhom ma jifilħux malli kkunsmaw ħelwa kull wieħed fid-dar tal-vittma f’Ilford, Londra, it-Tlieta tal-ġimgħa li għaddiet.

Ritratt: Getty Images/iStockphoto – Ħelu magħmul mill-kannabis

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna liż-żewġ tfajliet, sakemm dawn setgħu jittieħdu fi sptar fil-viċinanzi għal aktar attenzjoni medika. 

Is-Sibt li għadda Damilola ġiet iċċertifikata mejta filwaqt li t-tfajla l-oħra ntbagħtet lura d-dar hekk kif kienet tinsab aħjar wara li temmet it-trattament. Wumi, omm il-vittma, baqgħet imqajma lejl u nhar ħdejn bintha l-waħdanija sakemm ħadet l-aħħar nifs ta’ ħajjitha.

Il-pulizija wissiet lill-pubbliku biex ma jixtrix jew jikkonsma sustanzi illegali, inkluż dawk ippakkjati f’forma ta’ ħelu. S’issa għadu mhux ikkonfermat fejn kien immanifatturati dan il-ħelu.

Sport