Tuesday, May 14, 2024

Ingliża akkużata bil-qtil involontarju ta’ binha

Aqra wkoll

Laura Heath bħalissa tinsab akkużata bil-qtil involontarju ta’ binha, Hakeem Hussain, li nstab mejjet f’Nechells (Birmingham), f’Novembru tal-2017. 

Il-Prosekutur Matthew Brook qal lill-Qorti illi “Heath kienet tagħti l-prijorità tagħha lill-vizzju tal-eroina minflok lil binha” għaliex hija injorat il-parir mediku li kienet ingħatat — parir li permezz tiegħu setgħet tgħin lil binha jżomm l-ażma taħt kontroll, hekk kif huwa kien ibati minn ażma severa. F’dan ir-rigward il-prosekuzzjoni argumentat li “L-omm kien ikollha flus biex tixtri d-droga, però flus biex tixtri inhaler lil binha ħalli tipprevjeni li jtuh l-attakki tal-ażma ma kienx ikollha”.

Il-Qorti ġiet mgħarrfa li jumejn qabel ma miet it-tifel kien hemm ners illi kienet preokkupata bis-sitwazzjoni ta’ Hakeem. Waqt konferenza għall-protezzjoni tat-tfal hija qajmet għarfien dwar is-sigurtà ta’ Hakeem. L-istess ners talbet biex Hakeem jitneħħa mill-kustodja ta’ Heath minħabba li s-sitwazzjoni tiegħu tant kienet gravi li hu kien jinsab “f’riskju ta’ mewt”. Però minkejja dan hu tħalla jgħix id-dar.

It-tifel ta’ seba’ snin instab mejjet fi ġnien fis-26 ta’ Novembru b’kawża ta’ attakk qawwi tal-ażma, mingħajr ebda indikazzjoni ta’ inhaler jew xi tip ta’ mediċina oħra qrib il-vittma. L-ambulanza waslet fuq il-post minnufih, iżda Hakeem kien diġà tilef ħajtu. Il-katavru tiegħu nstab mis-Sur Busk.

Il-prosekuzzjoni qalet li t-tifel miet b’kawża ta’ attakk tal-ażma. Heath ġiet arrestata mill-pulizija fuq suspett ta’ moħqrija fil-kura ta’ binha. 

L-omm ċaħdet l-akkużi li nġiebu kontriha fir-rigward tal-qtil involontarju ta’ binha. Il-każ għadu ma ngħalaqx.

Sport