Saturday, December 21, 2024

Ingliża tgħaddi ġuri fi New York dwar akkużi ta’ traffikar sesswali

Aqra wkoll

Ghislaine Maxwell, persuna tas-soċjetà għolja Ingliża għandha titressaq il-qorti u tgħaddi ġuri fi New York City fuq traffikar sesswali u akkużi oħra.

Fil-qorti, hija mistennija tisfida l-akkużi li ħarġet tfajliet taħt l-età għall-pedofelu Jeffrey Epstein, li kien ikkundannat għal abbuż sesswali. Epstein kien miet il-ħabs fl-2019.

Ghislaine Maxwell, li għandha 59 sena, li ilha fil-ħabs tal-Istati Uniti sa mill-arrest tagħha s-sena l-oħra għandha wkoll ċittadinanza Amerikana u Franċiża. 

Hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi kollha kontriha.

L-avukati tagħha, kif ukoll il-membri tal-familja, ilmentaw ripetutament dwar il-kundizzjonijiet tagħha fil-ħabs u t-tim legali tagħha għamel diversi applikazzjonijiet għal libertà proviżorja mingħajr suċċess.

Epstein miet f’ċella tal-ħabs ta’ New York fl-10 ta’ Awwissu 2019 hekk kif kien qed jistenna l-proċess tiegħu fuq akkużi ta’ traffikar sesswali. 

Fl-2005, il-ġenituri ta’ tifla ta’ 14-il sena qalu lill-pulizija fi Florida li Jeffrey Epstein kien immolesta lil binthom fid-dar tiegħu ta’ Palm Beach. Tfittxija sussegwenti mill-pulizija fil-proprjetà sabet ritratti ta’ bniet madwar id-dar.

Ekonomija

Sport