Omm Ingliżi minn Liverpool biex tiċċelebbraw l-40 sena tagħha ddeċidiet li tmur vaganza l-Greċja mal-ħbieb. Hemm tant kemm ħadet gost li lanqas biss ftakret fir-raġel tant li tgħid li ma mmisjatu xejn.
Stephanie Hanson hekk kif waslet lura d-dar informat lil żewġha li kienet se tibda proċeduri biex tiddevorzja għax skont hi waqt il-vaganza lanqas biss ħasbet dwaru u dan hu sinjal ċar li ma kinitx għada tħobbu.
L-omm tgħid li hekk kif bidet il-proċeduri bdiet dieta u naqset sew mill-piż. Hi tgħid ukoll li wara ftit li “keċċiet” lir-raġel intaqgħet ma’ raġel ieħor u llum hija kuntenta wisq miegħu.
Hanson li hija omm ta’ erba’ titfal qalet li wliedha wkoll huma kuntenti ħafna mal-għarus il-ġdid tagħha. Hi kienet ilha miżżewġa għal għaxar snin.
Waqt li kienet qiegħda titkellem ma’ aġenzija tal-aħbarijiet Hanson qalet li “waqt li kont il-vaganza bdejt nirrealizza li lil żewġi m’għadnix inħobbu. Kont naħseb ħafna fit-tfal imma f’żewġi xejn. Kont fl-agħar figura li qatt kelli f’ħajti… kont imdejqa ħafna anke d-dar. Kollox kont nara ikrah.”