Wednesday, March 27, 2024

L-ixjaħ persuna f’pajjiżna għandha 109 snin

Aqra wkoll

Mhix xi ħaġa komuni li persuna tgħix 100 sena u fuqhom. F’pajjiżna bħalissa hawn 61 persuna li għandhom aktar minn 100 sena. L-ixjaħ persuna f’Malta għanda 109 snin.

Din il-figura ħarġet minn informazzjoni li ta l-Ministru għall-Foanzi u x-Xogħol Clyde Caruana waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Ivan Bartolo.

Bħalissa fil-gżejjer Maltin hawn 22 persuna li għandhom 100 sena filwaqt li hawn 14-il persuna oħra li għandhom 102.

Magħhom imbgħad hemm 13-il persuna oħra li għandhom 103 filwaqt li hemm erba’ persuni li għandhom 104.

Hawn jgħix ukoll tlett persuni li għandhom 103 u l-istess numru ta’ persuni għandhom 106 snin

Ekonomija

Sport