Tuesday, May 14, 2024

“Inħarsu ’l quddiem biex nindirizzaw l-isfidi” – L-ACE tawgura lill-Ministru Clayton Bartolo 

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Maltija (ACE) awgurat lill-Ministru Clayton Bartolo għall-ħatra tiegħu biex ikun jista’ jkompli jieħu ħsieb is-settur tat-Turiżmu.

Fi stqarrija maħruġa ntqal li l-ACE ħadmet mill-qrib mal-Ministru Bartolo biex ġew indirizzati numru ta’ sfidi li kellu jaffaċċja s-settur f’dawn l-aħħar sentejn. L-assoċċjazzjoni tħares ’il quddiem biex tkun tista’ tiddiskuti sfidi li tista’ tkun qiegħda taffaċċja l-industrija fis-snin li ġejjin fosthom in-nuqqas ta’ riżorsa umana, l-impatt tal-pandemija kif ukoll l-impatta tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna.

L-istqarrija temmet tgħid li l-assoċjazzjoni tilqa’ wkoll l-wegħda tal-gvern biex ikompli jirilaxxa aktar miżuri lejn in-normalità għax b’dan il-mod se jkun qiegħed jgħin l-industrija tkompli ssib saqajha f’dan il-perjodu ta’ sfidi.

Sport