Monday, December 23, 2024

“Inħarsu ‘l quddiem għal aktar kisbiet għal pajjiżna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar 3 snin Gvern Laburista wera biċ-ċar l-impenn tiegħu favur il-familji, il-ħaddiema, in-negozji u ż-żgħażagħ Maltin Għawdxin.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista b’reazzjoni għat-twettieq u l-ħidma fuq 76% tal-wegħdiet fil-manifest elettorali mindu l-poplu għażel lill-Partit Laburista biex imexxih fl-2017.

Il-President tal-Partit Laburista sostna li dan kien manifest imsejjes fuq il-kunċett ta’ tisħieħ tal-kwalitá tal-ħajja, ikkumplimentat minn ekonomija b’saħħitha u t-tisħieħ tal-qafas soċjali f’pajjiżna.

Filwaqt li elenka wħud mill-wegħdiet ewlenin li twettqu jew li qed isir xogħol fuqhom, Daniel Micallef saħaq li bl-istess impenn Gvern Laburista se jħares ‘il quddiem sabiex fis-sentejn li ġejjin jara li jkompli jwettaq il-wegħdiet fil-manifest elettorali kollu u jħares ’il quddiem għal aktar kisbiet għal pajjiżna.

“Kommessi li naraw il-manifest elettorali jitwettaq fl-interitá tiegħu sabiex meta jasal il-mument immorru għand il-poplu b’dak li ġie mwiegħed, imwettaq u nħarsu ‘l quddiem għal iktar kisbiet għal pajjiżna.”

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli spjegat kif il-ħidma ta’ Gvern Laburista f’din l-istituzzjoni tant għolja, ukoll qed tkun imsejsa fuq l-istess valuri u prinċipji soċjal demokratiċi li jiffurmaw il-politika tal-Partit Laburista.

Spjegat kif ir-riżultati pożittivi li kontinwament qed jikseb il-Partit Laburista huma grazzi għalll-isforz kollettiv li qed isir. Sforz li sfortunatament qed ikun imxekkel mill-Partit Nazzjonalista f’tentattiv li jiskorja xi punti politiċi.

Fakkret fost oħrajn kif il-Partit Nazzjonalista lanqas irnexxielu jaqbel fuq il-liġi tal-vjolenza domestika li ħarrxet il-pieni għal dawk li jinstabu ħatja ta’ din il-pjaga soċjali.

B’hekk il-Membru Parlamentari Ewropew sostniet għal aktar politika ta’ kuraġġ speċjalment f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Dan b’kuntrast għall-Partit Nazzjonalista li għażel li juża l-politika ta’ biża.

“Bħalma 3 xhur ilu ttieħdu deċiżjonijiet biex tkun imħarsa s-saħħa tan-nies issa rridu nħarsu ‘il quddiem b’miżuri li jgħinu lil pajjiżna u jgħinu lill-familji tagħna u dan mhuwiex iż-żmien fejn l-Oppożizzjoni tbeżża’ lin-negozji imma ż-żmien fejn flimkien ninċentivaw lin-negozji u l-kumpaniji biex iħarsu ‘il quddiem.”

Ekonomija

Sport