Thursday, December 26, 2024

“Inħarsu ‘l quddiem li nibdew dan il-vjaġġ li se jkun ta’ pjattaforma għall-politika barranija ta’ pajjiżna”

- il-Ministru Ian Borg

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Malta bil-Presidenza tal-OSCE mil-lum

L-2024 se tkun sena importanti ferm għal pajjiżna. Minbarra l-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda f’April tal-2024, Malta ġiet magħżula unanimament għall-ewwel darba sabiex il-Ministru għall-Affarjiet Barranin isservi bħala Chairperson-In-Office tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE).

F’kummenti ma’ dan il-ġurnal, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg spjega li f’dan l-aħħar xahar il-preparamenti kienu għaddejin ġmielhom, però sostna bi kburija li issa nħarsu ‘l quddiem hekk kif mil-lum l-1 ta’ Jannar 2024 nibdew dan il-vjaġġ importanti li fuq kollox se jkun ta’ pjattaforma għall-politika barranija ta’ pajjiżna.

“Il-messaġġ tagħna se jkun wieħed ċar favur diskussjonijiet li jwasslu għal aktar stabbiltà u sigurtà fir-reġjun tagħna u dawk tal-madwar. Irrid bilfors nirringrazzja lill-impjegati kollha tal-Ministeru li jiena mmexxi kemm f’pajjiżna u anke dawk f’missjonijiet barra minn Malta li taw kontribut siewi biex jaraw li pajjiżna għal darboħra jerġgħa jqum għall-okkażjoni,” temm jgħid il-Ministru Borg.

Ekonomija

Sport