Thursday, December 26, 2024

“Inħela wisq żmien, iżda jidher li fl-aħħar se jkollna bidla fil-mentalità”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

B’rabta mal-aħbar ta’ €35 miljun għal rotot ġodda għaċ-ċiklisti tkellimna wkoll mal-Kunsillier u attivist tal-organizzazzjoni Rota Steve Zammit Lupi li qalilna li l-aħbar li l-gvern qiegħed jikkommetti ruħu li jinvesti €35 miljun għall-infrastruttura tar-roti huwa pass importanti ’l quddiem. Zammit Lupi qalilna li għalkemm sfortunatament kellu jinħela ħafna żmien u għandna problema tat-traffiku li kompliet tikber, jidher li fl-aħħar se nkunu qegħdin naraw bidla fil-mentalità tal-politika ta’ kif inħarsu lejn it-trasport f’pajjiżna.

Mistoqsi rigward il-fatt li għall-ewwel darba kien hemm Ministru tal-Infrastruttura li aċċetta stedina bħal din, Zammit Lupi żied jinnota l-fatt li l-Ministru Farrugia diġà jsuq ir-rota fil-ħin liberu tiegħu hija xi ħaġa pożittiva meta titkellem fuq suġġett daqstant importanti. Dan minħabba diversi raġunijiet fejn fost l-oħrajn jista’ jifhem b’mod aktar tanġibbli id-diffikultajiet taċ-ċiklisti.

Zammit Lupi tenna jgħid li din hija waħda mis-soluzzjonijiet għal problema li taffettwa lil kulħadd u li b’aktar toroq siguri, aktar persuni jistgħu jitħajru jużaw ir-roti. Dan ikun ifisser li b’dan l-investiment inkunu qed inħajru aktar nies jużaw ir-roti, innaqqsu l-karozzi mit-toroq tagħna u b’hekk anke l-konġestjoni tat-traffiku li saret uġigħ ta’ ras għal kulħadd.

Ekonomija

Sport