Wednesday, April 24, 2024

“Inħobbok għal dejjem” … Identifikata l-vittma tal-aħħar inċident fatali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-vittma tal-aħħar inċident tat-traffiku fatali ġiet identifikata bħala Kristina Zivanovic.

“Inħobbok għal dejjem. Qiegħed inħoss ħafna n-nuqqas tiegħek iżda se nibqa’ ngħożżok għal dejjem u dejjem se jibqagħlek post f’qalbi”. Iddikjara dan Daniel Vassallo f’tislima lill-maħbuba tiegħu Kristina Emzy.

Emzy tilfet ħajjitha ftit ħin wara li ddaħħlet b’urġenza l-Isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-12:15 p.m fi Triq Notabile f’Birkirkara.

Is-Serbjana ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar intlaqtet minn vettura tal-Malta Public Transport tat-tip King Long, li kienet qed tinstaq minn Filippin ta’ 41 sena residenti Tal-Pietà.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħaditha lejn l-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u ħatret inkjesta.

Sport