Sunday, December 22, 2024

“Inħobbok ħafna nann u qed nistenna bil-ħerqa biex niġi lura d-dar”

Aqra wkoll

Alex Batty bħalissa jinsab fiċ-ċentru taż-żgħażagħ f’Toulouse u fi ftit sigħat oħra jista’ jerġa’ jingħaqad lura mal-familjari tiegħu. Qed ikun irrapportat li Alex uża l-mobile ta’ sewwieq biex bagħat messaġġ lil nanntu fir-Renju Unit fejn qalilha “inħobbok, irrid niġi lura d-dar.”

Huwa kien ilu nieqes mill-2017, iżda nstab l-Erbgħa filgħodu minn sewwieq li rah miexi fix-xita qrib Toulouse. Huwa kien intilef wara li mar btala m’ommu u nanntu fi Spanja.

Is-sewwieq, li ġie identifikat bħala Fabien Accidini, qal li ra lil Alex miexi qrib il-Pirinej. Alex kien spjegalu li kien ilu miexi għal erbat ijiem u li telaq minn post fil-muntanji, għalkemm ma speċifikax fejn kien qed joqgħod.

“Ktibt ismu fuq l-internet u sibt li huwa kien qed jiġi mfittex,” qal Accidini li kompla jgħid li l-pjan ta’ Alex kien li jsib belt kbira b’ambaxxata sabiex isib l-assistenza. Minflok, Accidini għażel li minn jeddu jikkuntattja lill-awtoritajiet Franċiżi għall-għajnuna.

Alex kien ukoll uża l-profil ta’ Facebook tas-sewwieq biex jagħmel kuntatt ma’ nanntu. Huwa mifhum li dan il-ġuvni kien jgħix fi Franza għal madwar sentejn u li kien qed jgħix fil-widien remoti tal-Pirinej, jivvjaġġa minn post għall-ieħor.

Ekonomija

Sport