Monday, May 20, 2024

Fustal tan-Nisa: Mtarfa u Lija jirreġistraw rebħiet kbar

Aqra wkoll

Mtarfa Futsal u Lija Athletics A irreġistraw rebħiet kbar fil-ħames ħarġa tagħhom tal-Enemed Women’s Futsal League sabiex komplew iżommu l-ogħla pożizzjonijiet fil-klassifika.

Il-leaders Mtarfa Futsal għelbu lil Swieqi United 6-0. Huma skorjaw tliet gowls f’kull taqsima sabiex aċċertaw ruħhom mit-tliet punti finali.

Demi Magrin kienet awtriċi ta’ tripletta personali filwaqt li Shania Spiteri, Kathryn Ellul u Janice Pace żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Referees kienu Jonathan Balzan u Sillah Al Hasana.

Anke Lija Athletics A kisbu rebħa kbira din id-darba kontra Parr Mela Rockets Futsal 8-0.

Ruth Steer Cheetham skorjat erba’ gowls filwaqt li Irena Drugovic kienet awtriċi ta’ tliet gowls. Jasmine Vella Turner għaqqdet l-iskor għat-tim tagħha.

Referees kienu Danilo Francalanza u Sillah Al Hasana.

KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE

Mtarfa 13, Lija Athletics A 10, University of Malta ACJ Group 7, Lija Athletics B, Swieqi United 6, Santa Margerita Futsal 4, Parr Mela Rockets Futsal 0

Sport