Wednesday, July 24, 2024

Table-tennis: HITT Academy WH Middle East jibqgħu għaddejjin bit-triq tar-rebħ

Aqra wkoll

HITT Academy WH Middle East baqgħu għaddejjin bit-triq tar-rebħ fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-Table Tennis meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Alpha Gewo 6-0.

It-tim rebbieħ kien ferm konċentrat mill-bidu sal-aħħar sabiex waslu t-tliet punti importanti li jżommuhom fl-ewwel post tal-klassifika.

Topspin TT Academy Valletta Pay Andro jinsabu fit-tieni post tal-klassifika wara rebħa tajba ta’ 4-2 kontra HITT Academy Home Trends. Anke Alpha Calleja Ltd rebħu bl-istess skor kontra Mosta Gunners filwaqt li HITT Academy Mosta Dome B & B kisbu rebħa faċli ta’ 5-1 kontra HITT Academy Tibhar.

Kellna wkoll logħbiet mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni fejn ġew irreġistrati dawn ir-riżultati:

PBC Table Tennis Bluegrip- PBC Table Tennis Bluefire 4-2

Topspin TT Academy Valletta Pay Hexer- HiTT Academy Legends 5-1

Topspin TT Academy Valletta Pay Fraser- HiTT Academy Evolution 6-0

Alpha Flexxon – MITTC Butterfly Super Chak 1-5

Topspin TT Academy Valletta Pay Supercores- HiTT Academy Valletta 4-3

Alpha Alberta Group- Topspin TT Academy Valletta Pay Novacell 6-0

Ekonomija

Sport