Monday, May 13, 2024

“Inħobbuk Wisq” … Il-PM jawgura lil bintu f’għeluq sninha

Aqra wkoll

Sa minn żmien il-kampanja għal mexxej ġdid tal-Partit Laburista Giorgia Mae serqet il-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin.

It-tbissima tagħha kienet waħda kontinwa f’dan il-vjaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela u din kienet rikonoxxuta b’imħabba lil hinn mill-partiti politiċi.

Illum Giorgia Mae qiegħda tiċċelebra għeluq sninha. Ma setax jonqos li sa minn kmieni filgħodu għadd ta’ persuni awgurawlha hekk kif illum tagħlaq 12-il sena.

Minkejja l-età tagħha hija ħarġet bl-idea tal-inizjattiva ‘Rigal b’Imħabba’ fejn fi żmien il-Milied, eluf ta’ rigali jitpoġġew taħt is-siġra tal-Milied li tintrama fi pjazza Kastilja. Dawn imbagħad tqassmu lil tfal fil-bżonn.

F’kitbiet fuq il-profili tiegħu tal-midja soċjali l-Prim Ministru Robert Abela awgura lil bintu u fakkarha bl-imħabba bla qies tiegħu u ta’ martu bħala ġenituri.

Sport