Wednesday, October 16, 2024

“Inħobbukom” … koppja emigranti Maltin imutu bil-Covid-19 f’31 siegħa

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

Koppja emigranti Maltin,  mir-Rabat u mill-Baħrija, mietu fi spazju ta’ 31 siegħa wara li huma spiċċaw infettati bil-Covid-19 fil-faċilitajiet li kienu rikoverati fihom.  

Charles Micallef mill-Baħrija, miet fi sptar f’Melbourne, waqt li martu Carmen mietet f’residenza tal-anzjani. In-neputija tagħhom, sellmet il-memorja tagħhom u ddeskriviethom bħala ‘vittmi innoċenti li kienu espost għal virus. Ma nistax nispjega, dak li qed inħoss, meta nisma li n-nanniet tiegħi saru parti mill-istatistika tal-aħbarijiet ta’ dawk li mietu bil-Covid-19”.

L-ORIZZONT tkellem ma’ Jackie Micallef, li tiġi n-neputija tagħhom. Hi qaltilna li “fl-istat ta’ Victoria aħna qed ikollna it-tieni mewġa li hi allarmanti.  Hawn aktar minn 7,000 każ attiv u xejn inqas minn 1,400 jinsab  f’faċilitajiet tal-anzjani.  Ninsabu fi stage 4 lockdown, u dan ifisser li aħna nistgħu biss noħorġu mid-dar tagħna biex nagħmlu l-eżerċizzju u għal affarijiet essenzjali.  Dan irridum nagħmluh sa distanza ta’ 5 kilometri. Irridu nilbsu l-maskri fil-pubbliku u ma noħorġu filgħaxija bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.”

Hi saħqet li “in-nanna Carmen Micallef ħadet il-virus meta kienet f’dar tal-anzjani u n-nannu Charlie Micallef ħa l-virus meta kien l-isptar.  Mietu fi spazju ta’ 31 siegħa. Il-familja imkissra.  Din it-tieni mewġa tidher li hi riżultat ta’ persuni li għażlu li ma jobdux u ma jsegwux id-distanzi soċjali meta kellhom is-sintomi jew li ma iżolawx ruħhom wara li ttestjaw pożittiv.   Qed ikollna bejn 300 u 700 każ ta’ infezzjonijiet ġodda kuljum.  In-nies f’Victoria huma irrabjati minħabba dan in-nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti.”

Emigranti Maltin li marru l-Awstralja snin ilu

Charles u Carmen Micallef kien jgħixu Malta u kienu emigraw lejn l-Awstralja snin ilu.  Carmen li kellha 92 sena mietet waqt li kienet f’dar tal-anzjani waqt li  Charles Micallef miet waqt li kien rikoverat fir-Royal Melbourne Hospital.

In-neputija tagħhom, u tgħid li kollox seħħ malajr ħafna minkejja li ħadu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

Jackie Micallef titkellem dwar il-mewt ta’ nannitha u tgħid li “sellimna lin-nunna (nanna). Ġimagħtejn ilu kienet għadha kif għalqet it-92 sena tagħha.  Għalkemm ma stajniex inkunu miegħek fl-aħħar sigħat u jiem,  u issa ma nistgħux inkunbu flimkien, aħna se nibqgħu magħqudin  għalik u minħabba fik.  Se nħossu ħafna in-nuqqas tiegħek. Se nħossu in-nuqqas tal-personalità tiegħek  u s-sens ta’ umoriżmu li kellek.  Kull darba li se nisma’ xi diska ta’ Elvis, niekol l-ikel Malti jew inkun qed naħdem fil-ġnien, se nkunu qed naħseb fik. Inħobbok”.

Ħudu r-restrizzjonijiet b’mod serju

Jackie titkellem ukoll fuq nannuha, Charlie. Tgħid li “fl-aħħar ħames ijiem, il-familja tagħna saret taf li n-nanniet kienu mardu bil-Covid-19. L-ewwel mietet in-nanna u imbagħad in-nunnu (nannu).  Dawn huma vittmi innoċenti li kienu esposti għal virus waqt li kienu fl-isptar u f’dar tal-anzjani.  Ma nistax nispjega dak li qed inġoss, meta nisma li n-nanniet tiegħi saru parti mill-istatistika ta’ imwiet mill-Covid-19. Dak li nista’ ngħid hu li r-restrizzjonijiet għandhom jittieħdu bis-serjetà. Ilbsu l-maskri. Aħslu idejkom u ibqgħu id-dar. Strieħ fis-sliem Nunnu”.

Sport